Malti

Time To Act.

Tħallix il-COVID-19 iwaqqfek milli tindirizza l-kanċer

  • Huwa stmat li ‘l fuq minn miljun każ ta' Kanċer fl-Ewropa ma nstabx minħabba l-Covid-19. Permezz ta’ screening regolari, huwa possibli li jinstab l-Kanċer minn kmieni u l-kura tingħata fil-ħin. Hu azzjoni issa, tħallix il-Covid-19 iwaqqfek milli tagħmel it-testijiet meħtieġa.
  • Qed tara xi bidliet ġodda, jew mhux tas-soltu? Bidliet fl-ippurgar, xi boċċa jew nefħa mhux tas-soltu f'sidrek, diffikultà biex tibla', telf ta' piż mhux mistenni jew sinjali oħra ta’ twissija tal-kanċer. Kellem lit-tabib tiegħek issa.
  • 1 minn kull 5 pazjenti bil-kanċer fl-Ewropa bħalissa mhux qed jirċievi l-kura u l-kimoterapija li għandu bżonn. Il-kura tiegħek intlaqtet b’xi mod? Agħmel kuraġġ! Kellem lit-tabib tiegħek issa.
  • Minkejja l-pandemija, importanti li tibqa’ tirċievi l-kura tal-kanċer. Ftakar - din hija ħajtek. It-tabib tiegħek qiegħed hawn biex jgħinek, u s-servizzi tal-kanċer jibqgħu miftuħa. Żomm l-appuntamenti tiegħek u ppjana oħrajn ġodda.
  • Il-professjonisti tal-kanċer ħadmu bla heda anke waqt il-pandemija, iżda ma jistawx isostnu dan għall żmien twil. Jeħtieġ li nappoġġjaw il-ħaddiema tagħna u nibnu r-reżiljenza sabiex is-servizzi tal-kanċer ikunu jistgħu jkomplu jsalvaw il-ħajjiet.
  • Huwa stmat li fl-Ewropa biss, 100 miljun test ta’ screening ma sarux matul il-pandemija.Dan wassal sabiex d-dijanjosi tal-kanċer waqgħu lura minħabba l-Covid-19. Neħtieġuinnovazzjoni teknoloġika sabiex nappoġġjaw il-professjonisti tagħna wara l-pandemija.
  • Il-ħaddiema tal-kura tas-saħħa spiss jiffaċċjaw dipressjoni u burnout. Filwaqt li jieħdu ħsieb lilna lkoll, għandhom ikunu protetti huma wkoll. Żieda fl-ansjetà mhix tajba, la għalik u lanqas għall-pazjenti tiegħek. Tkellem dwar l-esperjenza tiegħek u fittex l-appoġġ. M'intix waħdek.
  • Il-Covid-19 ħareġ nuqqasijiet sinifikanti fis-sistemi tas-saħħa tagħna. 100 miljun test ta’ screening ma sarux fl-Ewropa matul il-pandemija. Hemm ħafna xogħol b'lura fil-qasam tal-kanċer. Il-Covid-19 m'għandux iwaqqfek milli tindirizza dan ix-xogħol b'lura.
  • Għandna opportunità biex nippjanaw mill-ġdid is-servizzi tal-kanċer, biex nibnu sistemi aħjar, u naħdmu b’mod aktar intelliġenti. Nistgħu nitgħallmu mill-isfidi li qed ngħaddu minnhom biex nirkupraw is-servizzi tal-Kanċer u din issir parti ewlenija mill-politika tas-saħħa madwar l-Ewropa.
  • Jekk ma jsir xejn issa, il-Covid-19 bla dubju se jikkawża epidemija ġdida, din id-darba tal-Kanċer. Huwa maħsub li fl-Ewropa, madwar miljun każ ta’ kanċer ma nstabx minħabba l-Covid-19. Fil-ġlieda kontra l-Covid-19, ma nistgħux ninsew il-Kanċer.